Book Creator

ELASMO I: Merħba f’Elasmo!

by Joana Cartolano Leal

Cover

Loading...
Merħba f’Elasmo!
Loading...
Għaliex Elasmo? Għaliex issa?
Matul l-2020, deher biċ-ċar li l-għalliema kellhom bżonn għajnuna biex jipproduċu materjal għat-tagħlim onlajn; li jkun jista’ jintuża kemm mill-istudenti fil-klassi kif ukoll mill-istudenti li qed jattendu għall-lezzjonijiet mid-dar.

L-idea li nipproduċu dan il-materjal nibtet u saret inizjattiva kbira madwar l-Ewropa. Din fiha 3 NGOs, Sharklab-Malta, Marine Dimensions fl-Irlanda u LAMNA ġewwa Spanja.

Dawn it-tliet organizazzjonijiet huma involuti f’xogħol b’riżq l-ambjent speċjalment fejn għandu x’jaqsam il-baħar u jaħdmu ħafna mal-iskejjel tal-lokal. Għalhekk inħoloq l-isem ELASMO – fil qosor għal Elasmobranch – li hija familja ta’ ħut kartilaġinuż, fejn flok għadam u xewk ikun hemm dak li ngħidulu cartilage, bħalma insibu fil-widna u fl-imnieħer tal-bniedem. Din il-familja tinkludi ħut bħall-klieb il-baħar (sharks), kif ukoll raja u ħamiem il-baħar (skates u rays).
Yeah
Comic Panel 1
F’dan l-e-book, aħna ser nintroduċu lilna nfusna u lill-organizazzjonijet tagħna.

Aħna għandna esperjenza naħdmu mat-tfal fl-iskejjel u sa ftit ilu dan dejjem sar wiċċimbwiċċ magħhom.
Issa kollox qed isir onlajn.

Kull ħaġa f’dan il-proġett se ssir onlajn. Il-laqgħat mal-għalliema, l-affarijiet li ser jintużaw għat-tagħlim – kollox ser ikun onlajn!
Wow
Awesome
Comic Panel 1
Allura x’inhu l-pjan?
Dan huwa l-maskot tagħna - Elasmo!
Huwa l-kaptan tagħna u ser jiggwidana matul vjaġġ madwar l-ibħra sabiex jintroduċina ma’ dawn l-annimali. 


Kull 3 xhur ser ikollna avventura ġdida, u kull darba ser nesploraw tema differenti. 
Id-darba li ġejja li ser tiltaqgħu ma’ Elasmo, ser tkunu qed titgħallmu kif il-klieb il-baħar ilhom jgħixu għal żmien twil fid-dinja tagħna, u għalfejn hemm dejjem ħafna interess fuqhom. Pereżempju, il-Megalodon ġie estint jew sempliċement qiegħed moħbi?
Kif aħna? Jien jisimni Elasmo! Nixtieq nintroduċikom mal-membri tal-ekwipaġġ tas- sottomarin isfar tagħna.
Speech Bubble
Merħba f’Sharklab!
Aħna għaqda ta’ voluntiera f’Malta li nagħmlu riċerka, ngħallmu u nippruvaw nagħmlu differenza għall-klieb il-baħar, ir-raja u l-ħamiem tal-baħar fil-Mediterran.

Dawn ir-ritratti juru ftit mill-affarijiet li nagħmlu.
Għaddasa ferħana.
Tfal jitgħallmu fuq il-bajjiet.
PrevNext